“Mhux Minnu Li Jien Pożittiv Għall-Covid-19” – Is-Sindku Tal-Imqabba
“Mhux minnu li ttestjajt pożittiv għall-Covid-19.”
Qal dan is-Sindku tal-Imqabba, Omar Farrugia, f’messaġġ fuq Facebook fejn spjega kif jixtieq jiċċara xi kummenti li bdew jinxterdu riċentament.
Spjega kif filwaqt li f’għajn dan il-virus ħadd m’hu speċjali u li jista’ jaqbad lil kulħadd, hu mhuwiex pożittiv għall-Covid-19, iżda li llum kien l-aħħar jum li żamm kwarantina obbligatorja flimkien ma’ familtu kif kien mitlub mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Qal kif dan għamluh flimkien fis-skiet għall-ġid tagħhom u dawk ta’ madwarhom.