Rebħa għall-Ħamrun u bidu diżastruż għall-Gżira United

 Rebħa għall-Ħamrun u bidu diżastruż għall-Gżira United

Ilbieraħ kompla l-kampjonat Premier b’żewġ logħbiet fejn Ħamrun Spartans għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 1-0 u Hibernians għelbu lill-Gżira bl-iskor ta’ 4-0.

Goal ta’ Jonny fil-bidu tat-tieni taqsima kien biżżejjed għall-Hamrun biex jegħlbu l-isfida ta’ Balzan biex taw sinjal ċar lill-kampjonat tal-intenzjonijiet tagħhom. Ħamrun ikkontrollaw il-logħba għal-ħinijiet twal u Balzan rari kienu ta’ theddida għal-lasta Ħamruniza. 

Fit-tieni logħba Hibernians jiksbu rebħa kbira kontra Gżira b’żewġ goals kull taqsima. Gżira bdew il-logħba tajjeb u kellhom żewġ opportunitajiet lejn il-lasti Pawlisti però kienu Hibernians li marru minn fuq permezz ta’ goal ta’ Bastianos biex minn hemm ma ħarsux lura u ddominaw l-logħba. Qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima Gżira spiċċaw jilagħbu b’10 plejers wara t-tkeċċija ta’ Zachary Scerri. 

Il-goals l-oħra għal Hibernians ġew mingħand Ayrton Attard u doppjetta ta’ Jurgen Degabriele. 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com