Għandek taħsel il-lożor kull…
Probabbilment għandek tbiddel il-lożor tiegħek darba fil-ġimgħa.
Filgħaxija tqatta’ ħafna ħin fis-sodda, u l-lożor jassorbu dak li joħroġ minn ġisimna matul il-lejl. Apparti t-trab u s-suf tal-qattus jew kelb tiegħek, jekk għandek.
Dan jirrakkomandawh ħafna kotba; fosthom Laundry ta’ Cheryl Mendelson u Simply Clean ta’ Clean Mama.
Għandek taħsilhom iżjed ta’ spiss jekk:
- tbati bl-allerġiji jew bl-ażma
- għandek infezzjoni
- togħroq ħafna
- il-qattus jew il-kelb jorqod fis-sodda miegħek
- tiekol fis-sodda
- torqod mingħajr ma tinħasel qabel
- torqod għarwien