Missier, Tabib U Politiku… Għada Nsellmu L-Memorja Ta’ Karl Chircop – Maħbub Minn Kull Kamp Politiku
Karl Chircop, politiku u tabib. Kien magħruf għall-altruwiżmu tiegħu. Sfortunatament għada 12 t’Ottubru, jaħbat it-12-il anniversarju minn meta ħalla din id-dinja.
Karl kien irrispettat minn bosta, saħansitra anke mill-kamp politiku oppost. Fatt li kien għallem ħafna lill-pubbliku li għalkemm wieħed ikollu opinjoni politika differenti, ir-rispett għandu jibqa’ dejjem hemm lejn u minn kulħadd!
Ritratt: alchetron.com
Kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-1996 fl-eta ta’ 31 sena. Minn hemm ‘il quddiem baqa’ dejjem jiġi elett.
Sfortunatament fl-2008 kien sofra minn emoroġija fil-moħħ, propju xaharejn wara li għalaq l-età ta’ 43 sena. Ittieħed fi sptar f’ Londra (London’s National Hospital for Neurology) fejn ftit wara miet.
L-aħħar tislima kienet ingħatatlu fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Ritratt: ONE News