Il-mobile fis-sekondarja
Il-mobile fl-iskejjel Primarji u Sekondarji mhux aċċettati u min jinqabad b’mobile fil-basket jiġi ddixxiplinat skont id-deskrizzjoni tal-għalliema jew tas-surmast.
Nifhmu li din hija miżura biex it-tfal ikunu konċentrati fuq it-tagħlim u jnaqqsu d-distrazzjoni, u naħsbu li għal dan il-għan, din hija miżura tajba.
Pero’ nistaqsu, peress li fis-sekondarja ħafna mill-istudenti jużaw it-trasport privat ħabba li ħafna mid-drabi il-ġenituri jaħdmu, tkun raġuni valida għala l-istudenti ta’ dik l-eta’ jkollhom il-mobile bħala mezz kif jikkomunikaw mal-ġenituri hekk kif tispiċċa l-iskola? Intom x’taħsbu?