Notte Bianca – Esperjenza ta’ lejl mimli kultura u arti fil-Belt Kapitali.

 Notte Bianca – Esperjenza ta’ lejl mimli kultura u arti fil-Belt Kapitali.

Notte Bianca hija waħda mill-akbar festivals annwali tal-arti u l-kultura ta’ Malta. Għal lejl speċjali, kull l-ewwel Sibt ta’ Ottubru, il-pajsaġġ tal-Belt Valletta jixgħel b’ċelebrazzjoni spettakolari miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas. It-toroq, il-knejjes, il-palazzi u l-mużewijiet tal-Belt Valletta jiftħu l-bibien tagħhom biex juru wirjiet ta’ arti viżiva kif ukoll dawk teatrali, filwaqt li t-toroq u l-pjazez juru wħud mill-aqwa mużiċisti, żeffiena lokali u internazzjonali.

Il-kafetteriji u r-ristoranti jibqgħu miftuħa sa tard bil-lejl b’aktar tilari tal-ikel u mwejjed jokkupaw it-toroq tal-Belt Valletta.

Iċċekkja is-sit għal aktar informazzjoni dwar l-avveniment: https://www.festivals.mt/nb

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com