Il-Kunflitt Israel Hamas u Malta
Kif forsi ħafna jafu, dan il-weekend kellna eskalazzjoni ta’ kriżi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani fejn Ħamas il-grupp politku li jmexxi l-istrixxa ta’ Gaża, attakka mingħajr avviż u b’element ta’ sorpriża lill-Israel, bi tfiegħ ta’ rockets u kif ukoll dawk it-terroristi li daħlu ġo l-Iżrael u attakkaw ċivili u saħansitra issekwestrawhom biex jinżammu ostaġġi. Sa issa mal-elf persuna Iżraelita mietu u eluf oħra indarbu.
Ir-risposta tal-Israel ma tantx damet fejn matul illejl ibbumbardjaw Gaża u matul il-ġranet li ġejjin mistennija aktar attakki drastiċi. Diversi Palestinjani sfaw maqtula u bla saqaf fuq rashom minħabba dawn l-attakki.
Pero’ fatt interessanti huwa li f’dan il-kunflitt anka Malta għandha biċċa xogħol importanti x’tagħmel. Matul dawn is-sentejn, Malta għanda post fil-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet uniti flimkien ma’ 14 il-pajjż ieħor fosthom is-Super Potenzi li għandhom posthom permanenti f’dan il-kunsill; Ċina, Franza, Russia, Ir-Renju Unit, l-Irlanda ta Fuq u l-Istati Uniti. Matul illejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn dan il-kunsill iltaqa’ biex jippreparaw joħorgu stqarrija ta’ kundanna lejn Ħamas pero’ ma rnexxielhomx jiksbu kunsens bejn dawn il-15 il-pajjiż.
Ilbieraħ permezz tal-pjattaforma X (ex Twitter), il-profil ta’ Malta fin-Nazzjonijiet Uniti għamel ‘re-tweet’ ta’ post tal-Ministru għall-affarijiet Barranin Malti, Ian Borg fejn dan ikkundanna l-aġir ta’ Ħamas u wera appoġġ lill-Iżrael biex dawn jiddefendu ruħhom.