Il-ħwejjeġ u ditti!

 Il-ħwejjeġ u ditti!

Fl-Italja ħarġet ‘trend’ li jinġibdu intervisti ta’ zgħazagħ li jiġu mistoqsija id-ditti u il-prezz tal-ilbies li jkunu lebsin dak il-hin. Ħafna drabi ġġib għajnejk wara widnejk, tfal ta’ 15 u 16 il-sena bi’ ħwejjeġ li jaqbżu l-elf euro sew. Għalkemm Malta dawn it-tip ta’ intervisti qatt ma’ ltqajna magħhom, pero l-ibies tad-ditti issa daħal sew u jekk qabel konna nilbsu ħwejjeġ li ma’ kienux jiswew xi flus kbar illum naraw ħafna lebsin ħwejjeġ ta’ ċertu ditti partikolari li jiswew mhux ħazin. Ngħidu aħna illum tara zgħazagħ li għadhom skola li jilbsu ‘polo shirts’ li jiswew iktar min 150 euro, ċintorini li jiswew iktar min 300 euro, qomos li jiswew kważi mat-300 euros biex ma’ nsemmux jeansijiet u ‘sneakers’ li jitilgħu anka mat-800 euros.

Aħna ngħidu min għandu ħallih iroxx, pero ma taħsbux li tara adoloxxenti u zgħazagħ li għadhom lanqas bdew id-dinja tax-xogħol u lebsin dawn il-ħwejjeġ qed inderruwhom ħazin, li il-flus huma faċli takkwisthom? Minbarra hekk, jista jkun li ikollna klassisiżmu minħabba dan it-tip ta’ aġir għax ejja ngħiduwa kif inhi, mhux kulħadd jista jaffordja iħallas lit-tfal tiegħu dawn it-tip ta kapriċċi biex ma’ ngħidux imbad hemm klassi oħra dik li biex it-tfal ikunu bħall ta’ ħaddiehor jispiċċaw jissallbu u ġili anka jissellfu fuq l-idejn.

Sirna ngħixu f’dinja materjalista u kosmetika fejn biex nidru sbieħ nagħmlu min kollox, akkost ta’ kollox.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com