Għandhom it-tfal jinagħtaw ‘homework’ id-dar?
Għandhom it-tfal jinagħtaw ‘homework’ id-dar? It-tweġiba għal din il-mistoqsija hija: jiddependi. Hawn min jgħid li t-tfal għandhom bżonn li jkollhom ‘homework’ għax meta jitgħallmu xi ħaġa ġdida fl-iskola, ir-reviżjoni tagħha fid-dar tgħinhom jiftakruh. Il-‘homeworks’ jagħtu lill-għalliema informazzjoni siewja dwar kemm l-istudenti qed jagħtu kas fil-klassi u min għandu bżonn ta’ iktar għajnuna. Hemm ukoll xi nies li joġġezzjonaw għal dan u jqisu li t-tfal jeħtieġu ħin wara l-iskola fejn jistrieħu u jkollhom il-ħin liberu tagħhom fejn jagħmlu xi attivitajiet biex isaħħu lilhom infushom. Il-‘homework’ mhux suppost għandu jkun stressanti għat-tfal iżda għandu jingħata biex jitgħallmu. Il-kwalità tal-‘homework’ li jipproduċi moħħ stressat hija baxxa.
Għandna nsemmu wkoll li l-ammont ta’ homework li jingħata għandu wkoll ikun ivarja skont l-età. Studenti tal-iskola tas-sekondarja jifilhu ferm iktar milli tfal tal-primarja.
Intom x’ taħsbu?