Normali li tħossok ftit ‘down’ il-Ħadd wara nofsinhar?

 Normali li tħossok ftit ‘down’ il-Ħadd wara nofsinhar?

Ħafna jħossuha din. Il-Ħadd wara nofsinhar donnu titla’ bħal għoqla fi griżmejna jew bħal tebqa fl-istonku li nistaqsu lilna nfusna “għala għandi d-dwejjaq? Ma ġrali xej?!”

Imma dan huwa ‘feeling’ li ħafna jħossu u huwa normali. Il-Ħadd jista’ jkun ukoll li fih inħossu l-emozzjonijiet ta’ ġimgħa stress u xogħol li forsi nkunu ġebbidnieha b’ħafna responsabbiltajiet u ġiri minn post għall-ieħor tant li meta nkunu kalmi, moħħna u ġisimna jħossu stramb. Dan kapaċi jkun effett ta’ xi ftit ansjetà wkoll.

Jissejjħu wkoll ‘sunday blues’ minħabba li l-għada t-Tnejn lura għax-xogħol (min ma jaħdimx fil-weekend ukoll). Jista’ jkun ġejja wkoll mit-tfulija; meta l-Ħadd konna ngħidu “għada skola erġajna.”

Int tħossok hekk il-Ħadd?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com