Tgħajjat ​​mat-tfal huwa ta’ ħsara daqs l-abbuż fiżiku. Inti taqbel?

 Tgħajjat ​​mat-tfal huwa ta’ ħsara daqs l-abbuż fiżiku. Inti taqbel?

Skont studju ġdid li sar sabu li ġenituri, għalliema u adulti oħra li jgħajtu lejn it-tfal, li jiddegradaw jew li jheddu verbalment lit-tfal jistgħu jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp tagħhom daqs l-abbuż sesswali jew fiżiku. It-trattament ħażin tat-tfal bħalissa huwa kklassifikat f’erba’ kategoriji li jistgħa jkun abbuż fiżiku, abbuż sesswali, abbuż emozzjonali u negliġenza. Dan l-istudju jista’ jifforma strateġiji għall-prevenzjoni u t-trattament. L-istudju u l-analiżi li saru juru l-impatt tal-għajjat minn adulti u kif l-effetti dejjiema tal-abbuż verbali fit-tfulija jistgħu jimmanifestaw bħala tbatija mentali, dipressjoni u rabja, twettiq ta’ reati, l-użu ta’ sustanzi jew it-twettiq ta’ abbuż, kif ukoll taffetwa lis-saħħa fiżika, bħall-iżvilupp ta’ obeżità jew mard tal-pulmun.

Intom taqblu ma dan? X’taħsbu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com