Nhar L-Erbgħa T-Tellieqa Ta’ Prova U S-Sibt Tibda l-‘Middlesea Race’

 Nhar L-Erbgħa T-Tellieqa Ta’ Prova U S-Sibt Tibda l-‘Middlesea Race’

Nhar l-Erbgħa mistennija li ssir t-tellieqa ta’ prova li ssir qabel kull edizzjoni tar-Rolex Middlesea Race.  Din it-tellieqa hija magħrufa aħjar bħala l-Yachting Malta Coastal Race.  Il-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race hija skedata li tibda nhar is-Sibt, is-17 ta’ Ottubru.

Mistennija jingħaqdu mal-flotta nhar l-Erbgħa, hemm 4 mit-tmien dgħajjes Maltin li qed jippjanaw li jkunu parti mill-bidu ewlieni fil-Port il-Kbir is-Sibt. Fost dawn hemm Jarhead misjuq mill-baħħara żgħażagħ tal–Fondazzjoni Jarhead, Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, Xpresso ta’ Sean Borg u r-rebbieħa tar-Rolex Middle Sea Race 2019, Elusive 2.

L-aħwa Podesta kellhom diversi suċċessi f’din it-tellieqa wara li kisbu numru ta’ rebħiet tal-Klassi tagħhom fl-edizzjonijiet preċedenti.

L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech stqarr li għalissa jkun kmieni wisq biex tiġi deċiza il-korsa, minħabba li l-kundizzjonijiet mbassra.

Minħabba l-pandemija Covid-19, huwa mistenni numru aktar baxx ta’ parteċipanti. Fid-dawl ta’ dan il-klassijiet kollha se jinġabru flimkien. Il-parteċipanti huma mitluba joqgħodu attenti għal Emenda għall-Istruzzjonijiet tat-Tbaħħir Kostali, li ser tiġi ppublikata għada t-Tlieta 13 ta ‘Ottubru, eżatt qabel il-Briefing skedat għas-6pm.

Għall-ewwel darba fl-istorja tat-tellieqa, ir-Race Briefing se jsir onlajn sabiex tiġi minimizzata l-interazzjoni u jiġi emfasizzat id-distanza soċjali.

Ritratt: rolexmiddlesearace.com

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com