PARASCANDALO – Bi stil uniku u innovattiv

 PARASCANDALO – Bi stil uniku u innovattiv

Minn età żgħira wera interess fil-moda, kien jgħin lil ommu f’ħanut fil-Birgu, studja l-arti u d-disinn u llum sar isem rinomat u popolari bl-istil uniku tiegħu.

L-ispirazzjoni tiegħu ġejja minn kif jilbsu n-nies; street style, il-moda ta’ barra, ħsibijiet personali u fatturi oħra li għamlu din id-ditta unika kif inhi magħrufa llum.

Bi 15-il sena esperjenza fil-ħwienet tal-moda, Marco Parascandalo amalgama dak li jħobb jagħmel mal-moda. Fil-ħanut tiegħu fin-Naxxar, il-klijenti jistgħu jsibu għażla vaasta ta’ ideat magħmula realtà minn id dan l-artist maħbub u umli.

Stqarr magħna li dejjem għażel li fl-istili tiegħu dejjem ikun sostenibbli fejn ħafna mill-ħwejjeġ li jagħmel għal fuq il-catwalk ikunu magħmulin minn ‘fabrics’ fejn anke juża ħafna jeans antik irriċikklat u jtieh ħajja ġdida. Dan hu dak li jagħmlu uniku bħala disinjatur lokali.

Wara s-suċċess li kellu fil-Malta Fashion Week ta’ din is-sena, intagħżel biex jesponi l-moda tiegħu fis-Serbja fis-Serbia Fashion Week. Hawnhekk ħoloq il-kollezzjoni DNA li hija l-metodu li turik inti min inti, minn fejn ġej u għala int kif int. F’din il-kollezzjoni, 80% tal-prodott li ħoloq kienet magħmula minn materjali sostenibbli.

“L-aktar ħaġa li affaxinanti fis-Serbja kienet l-interess mill-mudelli li anke riedu jimmudellawli bil-kollezzjoni tiegħi u anke jagħmlu photoshoot”, sostna Marco.

Din kienet esperjenza li tagħtu ħafna ispirazzjoni anke għall-Malta Fashion Week li jmiss. B’suċċess jistennieh kontinwament, Marco mpenjat bi proġetti ġodda, shows barra minn xtutna u kreattiva ġdida li ġġiegħelna nkunu fuq ix-xwiek nistenna li naraw iżjed minn PARASCANDALO.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com