Dak l-imbierek Shein!
Kemm għad hawn nies jixtru mill-ħwienet? Ikkumparat ma kemm hemm nies li jixtru onlajn huwa żgħir, dan għalxiex nafu kemm il-ħajja saret mgħaġġla u biex nixtru l-ħwejjeġ saret iktar faċli li ssib sit onlajn fejn tista’ tqabbel is-sizes u tara x’ joġbok milli toqod taqla’ l-karozza, iddum seklu fit-traffik u sakemm issib parking biex ngħidu kollox saret wisq diffiċli. Uħud mis-siti onlajn tal-ħwejjeġ li nsibu huma Asos, Boohoo, ZARA, PrettyLittleThing, Ebay u fost oħrajn.
L-iktar waħda li qed tiddomina bħalissa hija dik l-imbierka ta’ Shein. Shein, twaqqfet fiċ-Ċina fl-2008 u minn dakinhar għamlet it-triq lejn l-Ewropa u mal-Bqija tad-Dinja. Kisbet ħafna popolarità speċjalment mal-ġenerazzjoni Z, għall-ilbies relattivament irħis. Bħala sit issibilha kollox, minn żraben għal ħwejjeġ, minn tagħmir sportiv għal aċċessorji kemm għan-nisa, irġiel u kif ukoll għat-tfal. Apparti li joffru dan kollu, issibilhom ħafna offerti ta’ spiss kif ukoll joffru ‘discounts’ kbar u tbaħħir b’xejn meta tonfoq il fuq minn mitt ewro.
U nejduha kif inhi, tibda tara kollox sabiħ u prezzijiet li ma jittwemnux, jien nejd għalija kollox ġol-basket nitfa ħalli nixtri…