Telf tax-xagħar, il-prevenzjoni u t-trattament tiegħu
X’ taħsbu li hija l-kawża tat-telf tax-xagħar?
Kawża tat-telf tax-xagħar tista’ tkun dieta mhux bilanċjata, stress jew anke meta l-bniedem jgħaddi minn xi trawma. Iżda mhux biss, jista’ jkun li t-telf tax-xagħar huwa ġenetiku ukoll. Il-fatturi huma diversi. Jeżsitu mbagħad kundizzjonijiet diversi bħal dik li tissejjaħ Alopecia.
Kundizzjonijiet oħra komuni huma l-brija, qoxra, xagħar żejtni. Għalkemm dawn il-fatturi huma veru komuni, jekk wieħed ma jitrattahomx sew, jistgħu jikkawżaw telf ta’ xagħar fejn imbagħad din tibda tirqaq u titlef il-moviment naturali tagħha. Dan huwa dak li jissejjaħ ‘limp hair.
Tajjeb li nkunu konxji li ċertu kundizzjonijiet jibqgħu temporanj. Iżda jekk aħna nikkurawhom, nevitaw li dawn jiġu permanenti. Irridu nieħdu ħsieb biex il-problema ma tikbirx u nevitaw telf tax-xagħar għalxejn.
Imma xagħar li jintilef jista’ jerġa’ jikber b’mod naturali? Diment li ma tkunx sitwazzjoni minn xi mard li jkun qatillek x-xagħara kompletament mill-basla, ix xagħara terga’ tikber. Ix-xagħara tgħaddi minn ċikli; dak anagen (meta toħroġ ix-xagħara), catagen (ix-xagħara tibda titwal), telogen (meta x-xagħara taqa’).
Madanakollu huwa importanti li meta bniedem jinnota sitwazzjoni minn dawn imsemmija jew jibda jara tibdil fix-xagħara jew fil-qorriegħa, jieħu parir professjonali. Inżommu f’moħħna li rridu nieklu ikel sustanzjuż u nutrittiv u nużaw prodotti adattati kemm għall-qorriegħa kif ukoll għax-xagħara nnifisha.
Illum kulħadd jieħu gost ibiddel id-dehra ta’ xagħaru. Servizzi bħal dawn għandhom isiru min- nies professjonali biss. Apparti hekk l-individwu jrid joqgħod attent mill-użu tal-’heated tools’ li juża speċjalment meta dawn tużahom fuqek innifsek. Prodott professjonali huwa wkoll importanti. Prodott professjonali dejjem għandu jingħata minn persuna professjonali wara li tanalizzalek xagħarek u l-qorriegħa tiegħek.
F’ każ li persuna għandha telf ta’ xagħar f’ammont kbir jew litteralment waqgħalha xagħarha hemm żewġ soluzzjonijiet ta’ sistemi; qed ikunu offruti kemm is-sistema tal-implants kif ukoll dik li tissejjah ‘microline’. Dawn huma sistemi fejn nies li għandhom dawn il-problemi jerġgħu jiġu b xagħarhom mimli u sħiħ mingħajr ebda operazzjoni jew xi tip ta’ uġiegħ. Din tigi bit-’texture’ tax-xagħar li jixtieq il- klijent kif ukoll bit-tul u l-kulur skont ix-xewqa tiegħu.