Taf x’inhu ASMR?
Kontu tafu x’inhu ASMR? Ġieli qatt smajt biha jew rajt xi vidjow fuq Tiktok? ASMR tirreferi għal ‘Autonomous Sensory Meridian Response’. Dan it-terminu użat biex jiddeskrivi sensazzjoni ta’ tingiż li n-nies generalment jesperjenzaw, ħafna drabi din is-sensazzjoni tibda mill-qorriegħa u timxi ‘l isfel mill-għonq għas-sinsla tad-dahar, b’ rispons għal ċerti stimuli viżwali u kif ukoll tas-smigħ. ASMR komuni jinkludu ‘whispering’, ‘tapping’, grif, ħsejjes ta’ tfarfir, attenzjoni personali, u xenarji ta’ rwoli. L-għan tal-kontenut ASMR huwa li toħloq esperjenza rilassanti u pjaċevoli għal dawk li huma sensittivi għal dawn l-istimoli. In-nies spiss jużaw vidjows ASMR biex jgħinuhom jirrilassaw, itaffu l-istress, anżjeta, jew jgħinu biex dak li jkun jorqod iktar trankwil, għalkemm ir-reazzjonijiet individwali għall-ASMR jistgħu jvarjaw.
Dawn it-tipi ta vidjows saru popolari mmens fuq pjattaformi onlajn, partikolarment fuq YouTube u kif ukoll fuq Tiktok.