Malta Kattolika Appostolika
Malta Kattolika Appostolika, dak huwa it-titlu li l-gżejjer tagħna għandhom u pajjiżna ilu iġorr għal diversi snin. Malta li l-fidi kattolika kienet b’saħħitha għal diversi sekli u l-ġenerazzjoni li bħalissa ninsabu ngħixu fuq din l-gzira għexna għal diversi snin.
Niftakar meta l-Ħadd il-knejjes kienu jkunu mimlija, il-kappillani kellhom influwenza b’saħħita fuq il-parroċċa, li tmur id-duttrina jew kif nafuh il-mużew kien xi ħaġa fir-rutina ta’ kuljum. Illum qisu kollox qed jinbdel, knejjes ħafna minnhom vojta, mużewijiet jagħlqu u nuqqas kbir ta’ qassisin fil-paroċċi tagħna.
X’ inhu jiġri? Wisq nibża’ li l-valuri u l-prijoritajiet tagħna qed jinbdilu, li tkun kattoliku prattikant fost iż-żgħażagħ u anka adoloxxenti mhux moda. Forsi l-ġenituri tagħna kienu prattikanti esaġerati però llum mhux talli ma sibnix bilanċ imma morna l-estrem l-ieħor. U hawn niġu għal punt li rrid nagħmel. F’pajjiżna llum għandna diversi reliġijonijiet, ċertu reliġjonijiet qed jikbru minħabba l-influwenza ta’ ammont ta’ barranin li pajjiżna għandu. Ħafna tfal ma humiex kattoliċi u għalhekk nixtiequ jekk kieku fl-iskejjel jitneħħa s-salib, int li forsi l-Ħadd m’ għadikx tmur quddies, lil uliedek ma tippressahomx biex imorru l-quddies, tiddejjaq b’dan il-ġest?