Ħelu Tradizzjonali tal-Milied

 Ħelu Tradizzjonali tal-Milied

Xi pjaċir, il-ħelu tradizzjonali tal-Milied inkunu qed nistennewh għall-fatt li dan il-ħelu pjuttost insibuh biss fiż-żminijiet tal-Milied. Hawn min kapaċi jagħmilhom, hawn min kapaċi jixtriehom għall-familja biss u hawn min kapaċi jikolhom biss. Ħafna familji Maltin iservu dawn il-ħelu jew anke pasti meta joqrob xi festin id-dar fejn il-familja jew ħbieb ikunu kollha magħqudin. Aħna ġbarna l-aqwa ħelu li nsibu jiddominaw f’ dawn iż-żminijiet:

Fost l-oħrajn u waħda mill-aktar ħelu famuż hija l-‘Christmas Log’ hawn min jagħmilha bil-qxur tal-larinġ, biċ-ċirasa u naqra xorb u hawn min iħobbha sempliċi mingħajr xorb, u b’daqsxejn lewż biss għat-toma. Ma tonqosx li niksuha biċ-ċikkulata u nżejnuha ftit.

Insibu ukoll il-‘coconut balls’. Madoffi wisq tajbin, hawn min jagħmilhom healthy bid-‘dates’ u hawn min jagħmilhom bil-biskuttin u trab tal-‘cacao’.

Mince Pies, min ma jħobbhomx, mimlijin bit-tuffieħ u jkunu ferm itjeb jekk tkun għadek kif tagħmilhom u għadhom ħerġin minn ġol-forn sħan, kemm tagħmillhom l-‘icing sugar’ u tiekol bil-qalb.

Il-famuża torta tal-lewż isimha magħha magħmulha bil-lewż, tinżel għasel.

U qed insemmu l-għasel, ma ninsewx ukoll il-qagħaq tal-għasel. Din kienet xi ħaġa li fiż-żmien kienu l-familji Maltin jaħmu ta’ spiss fejn matul is-snin saret mhux biss tradizzjoni li tagħmilhom u tiekol minnhom fiż-żmien tal-Milied biss, iżda saru jittieklu matul is-sena kollha daqs kemm huma tajbin. Huma ħafna li jiekluhom ma’ xi kikkra tè jew kafè.

Intom liema huma l-favoriti tagħkom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com