Kemm ibatu t-tfal minħabba l-aġir tagħna?

 Kemm ibatu t-tfal minħabba l-aġir tagħna?

Ħafna huma l-argumenti li jinqalgħu fil-ħajja tant qasira li għandna. Daqqa għal ħaġa u daqqa għal oħra. Nistennew ir-raġun, fi kwistjonijiet differenti. Minn daqqiet ikollna, u f’oħrajn ma jkollnhiex raġun. Imma donnu dak il-ħin ma nintebħux bil-konsegwenzi. Ħsara bla bżonn. id-drama li joħolqu l-kunflitti għandhom riperkussjonijiet fuqna nfusna u fuq ta’ madwarna.

Ibatu ħafna wkoll it-tfal. It-tfal jixorba dak li jaraw. Kemm it-tajjeb u sfortunatament il-ħażin ukoll. F’moħħhom l-istampa tibqa’ ċara; kemm jekk hi sabiħa u anke dik kerha.

Irridu niftakru li l-attitudni tagħna tgħallem lil min isegwieha. Issa t-tagħlim jaf ma jkunx tajjeb. It-tfal tal-lum huma s-soċjetà ta’ għada. Il-prodott futur se jkun mibni fuq dak li qed noffru llum.

Moħħna hemm. Inkunu iżjed kawti ma’ xulxin. Fost il-koppji, niftakru li s-saram ta’ bejnietna m’għandux ikun mifrux fuq uliedna. Tajjeb inżommu dan kollu fi ħsiebna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com