Int qed tipprepara biex tibda trabbi,taddota jew tixtri annimal?

 Int qed tipprepara biex tibda trabbi,taddota jew tixtri annimal?

Tixtieq tixtri affarijiet ġodda għall-annimal tiegħek? 

Jaf għall-bidu ma tkunx faċli speċjalment sakemm tidra ftit ir-rutina. F’dan l-artiklu ser nuruk affarijiet essenzjali li tista’ ssibhom minn ARKA PET SHOP li jinsab fir-Rabat.

1. Ikel:  

Jekk huwa possibli, fittex ditta li l-kelb beda jiekol minnha mill-bidu nett qabel ma kien għandek, jekk impossibli tkun taf, fittex ditta li hija marbuta mal-breed jew mal-eta’ tal-annimal. Eżempju, jekk għandek ‘new born puppy’ jew ‘kitten’ irrid ikollok ikel apposta għalihom. Żomm f’moħħok li annmali ġodda jaf ikollhom xi allerġiji partikolari, jigifieri tajjeb li tipprova ikel differenti għall-bidu.

2.  Water/Bowls:

Il-bowl tal-ilma u tal-ikel l-aħjar għażla huwa li jkunu ta’ l-istainless steel jew ċeramika mingħajr ħadid biex hekk ma jkunx hemm periklu ta’ sadid. Jekk tixtieq xi ħaġa differenti, Arka petshop għandha varjetà kbira ta’ bowls. Jeżistu ukoll ‘travel bottles’ jew bowls għall-annimali li jaħtfu l-ikel.

3. Leash and Collar:

Iċ-ċineg u l-kullar jistgħu jkunu personalizzati għal kull tip differenti ta’ annimali li jiġu skont l-varjetajiet differenti bħala daqs u kulur. Hemm dawk li huma ‘retractable’, issib ukoll ‘poop bag dispensers’ magħhom bil-handles li jkunu padded u kif ukoll LED lights biex jekk tkun trid toħroġ filgħaxija u ma jkollokx problemi.  

4. Pet first aid kit:

Tista’ wkoll iżżom first aid kit Alla ħares qatt jiġrilu xi ħaġa.

5. Sodod tal-annimali:

L-annimal tiegħek jixraqlu jistrieħ u l-aqwa. Kull annimal fil-familja llum inqisuh bħala parti mill-familja u b’hekk fejn jidhol il-kumdità għandu jkollu l-aqwa. Hemm cushions għal meta jkun mitluq mal-art u anke sodod ta’ kull qies, forma u daqs.  

6.Treats and Toys:

L-akbar premju għall-annimali tagħna huwa li ntuhom dawk it-treats u toys biex ikollhom biex jilgħabu għal matul il-ġurnata. Hemm treats li jintużaw għal waqt it-training li jkunu ta’ benefiċċju u jkun fihom ċertu vitamini u sustanzi. Issib ukoll treats għall-annimali li jbatu b’ xi tip ta’ mard bħal diabete, mard tal-qalb, ‘hypertensation’ u anke għall-klieb bil-kanċer. Issibu wkoll ‘scratching poles’ għall-qtates fejn dawn huma ta’ neċċesità kbira għalihom.  

Apparti affarijiet tal-annimali, fil-ħanut issib ukoll tipi ta’ pjanti, garden pots u figurini għall-ġnien, għal barra kif ukoll għal ġewwa, affarijiet għall-aquarium, ikel tal-għasafar, fniek u ħafna aktar.  

Bħala s-sid tal-ħanut, aħna nipruvaw li nkunu ta’ spiss fil-ħanut għax nemmnu ħafna li l-klijenti tagħna jixraqilhom l-aqwa servizz mit-tim tagħna. Għal aktar informazzjoni, żuruna fil-ħanut ARKA Pet and Garden, 92, Triq Santa Rita Rabat.  

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com