Meta seħħ terrimot u nħass sewwa f’Malta …

 Meta seħħ terrimot u nħass sewwa f’Malta …

Fit-28 ta’ Diċembru tal-1908 kien seħħ terrimot li qered Messina. Dan kien inħass sewwa f’Malta. B’kollox kienu sar sitt skossi fi kważi siegħa. Immaġinaw il-paniku li kien qam. Ma ninsewx li ma kienx hawn midja soċjali u għarfien bl-internet u allura n-nies kienet tibża’ ħafna iżjed.

Għall-ħabta tat-7.45am kien seħħ maremoto. Filwaqt li l-Port il-Kbir kien imħares mill-breakwater, dak ta’ Marsamxett ma kienx. Il-baħar għola aktar minn metru, tela’ l-art u daħal fil-ħwienet u d-djar f’Tas-Sliema, l-Imsida u f’tal-Pietà.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com