Attivitajiet tal-kurrikulu tat-tfal
Illum il-ġurnata sirna nisimgħu li ħafna mit-tfal saru jagħmlu ħafna attivitajiet wara l-ħin tal-iskola u anke fost il-weekend. Fost oħrajn hemm min jippratika xi sports, xi tip ta’ żfin, arts and crafts u ħafna oħrajn. Ħafna d-drabi l-ġenituri stess jibagħtuhom u mhux għax it-tfal ikunu jridu, iżda ejja ngħiduha kif inhi, xi kultant iż-żejjed kollu żejjed. Hemm bżonn li t-tfal nagħrfu nagħtuhom l-ispazju tagħhom ukoll fejn ikollhom moħħhom kwiet u trankwill u jagħmlu xi ħaġa li jixtiequ huma kif ukoll tajjeb li bħala ġenituri tqattgħu ħin magħhom ukoll, bħal tmorru xi piknik, xi mixja fil-kampanja, camping u xi avventuri oħrajn. Fi żmieni, ftit li xejn konna nagħmlu dawn l-attivitajiet hekk kif attivitajiet tal-kurrikulu kien għad m’għandux daqsekk importanza daqs kemm għandu llum.
Taħsbu li dawn l-attivitajiet huma tajbin għat-tfal? Tibagħtuhom?