Liema huma l-ħames tipi ta’ personalitajiet li jeżistu? Ma’ Liema kategorija int?

 Liema huma l-ħames tipi ta’ personalitajiet li jeżistu? Ma’ Liema kategorija int?

Personalitajiet jew karattri. Imorru ħafna flimkien. Bla dubju, hemm min ikollu mit-tnejn. Hemm min ukoll jinbidel maż-żmien u jekk forsi qabel kien ċajtier u daħqan, minħabba ċirkostanzi fil-ħajja wasslu biex jinbidel xi ftit.

Iżda dawn huma:

L-Estrovert: Dak li dejjem huwa eċitat f’kull sitwazzjoni, soċjevoli, iparla u assertiv. Ikollu wkoll mumenti spissi fejn jesprimi ruħu b’mod emozzjonali. Dawn ikunu nies outgoing ħafna u jġibu l-enerġija minn sitwazzjonijiet soċjali.

B’Kuxjenza: Dawn ikunu ħassieba, jafu jikkontrollaw l-emozzjonijiet u jkollhom għanijiet għalxhiex jaħdmu. Jaħsbu ħafna bil-quddiem u anke jkunu konxji dwar kif l-attitudni tagħhom taffettwa lil ħaddieħor.

T’Aċċettazzjoni: Dawn ikunu nies li jafdaw, altruwisti, ta’ qalb tajba u affezzjoni u jkunu kawti ħafna fl-imġieba tagħhom. Ikunu wkoll kooperattivi.

Newrotiziżmu: Dan il-karattru jkun ħafna jew spiss imdejjaq, bil-burdati u jkollu instabbilità emozzjonali. Ibatu minn ansjetà u irritazzjoni spissa.

Miftuħin: Dawn ikunu nies li kapaċi jimmaġinaw u jkollhom xi ftit mill-karratteristiċi tal-personalitajiet l-oħra kollha. Huma kurjużi dwar kollox biex jitgħallmu u jkollhom ħafna interessi f’suġġetti varji wkoll.

Bla dubju hemm min ikollu ftit minn ħaġa magħquda ma’ ftit minn personalità oħra. Qatt ma tista’ tiġġeneralizza. Imma żgur li jekk wieħed jinnota, huma interessanti mmens. B’hekk teżisti d-diversità u rridu nkunu konxji u nitgħallmu naċċettaw kemm lilna nfusna u anke lil xulxin għaliex ħadd mhu bħal ħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com