Ta Lecture fl-Isptar San Luqa u miet jumejn wara

 Ta Lecture fl-Isptar San Luqa u miet jumejn wara

Qed nirreferu għall-poeta Rużar Briffa li malli nisimgħu ismu, ħafna niftakru fil-poeżiji tiegħu li konna anke nistudjaw fl-iskola sekondarja.

Imma barra li kien poetiku tant tajjeb, kien ukoll dermatologu prim. Studja fl-Università ta’ Malta u f’Londra, u kien ipoġġi wkoll fl-ispiżerija Crown Pharmacy.

Fid-19 ta’ Frar tal-1963 kien ta l-aħħar lezzjoni lill-istudenti tiegħu fil-mediċina fl-isptar l-antik ta’ Malta, San Luqa. Propju jumejn wara, fil-21 ta’ Frar ħalla din id-dinja.

Kien marad b’kankru fil-laringi.

Sfortunatament għadda minn ħafna solitudni u l-poeżiji li kiteb jikkaraterizzaw ħafna dan is-suġġett flimkien man-niket. Minn meta mietet martu Constance (Connie) kien ombra d-dar tant li mar jgħix f’kamra privata fl-isptar ċentrali.

Insellmu l-memorja tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com