Li żżomm saqajk sħan jgħin biex ma tiksaħx. Saħħanhom sew ħi!

 Li żżomm saqajk sħan jgħin biex ma tiksaħx. Saħħanhom sew ħi!

Is-saqajn huma l-vettura li jġorru ġisimna; importanti mhux biss li nibżgħu għalihom imma li biex nibqgħu sħan f’jiem Xitwin, inżommuhom sħan ukoll.

Saqajn kesħin iwasslu wkoll biex jekk tkun bilqiegħda, jispiċċa jaqbdek in-ngħas għaliex ġismek xorta waħda jkun qed jistinka biex jibqa’ sħun, allura jgħajja.

jekk iżżomm saqajk sħan, id-demm jibqa’ jiċċirkola b’mod tajjeb u jiġri fil-vini tiegħek li dan jistimula l-blood flow (passaġġ tad-demm) madwar ġismek tajjeb.

B’hekk, tirrilassa u tiffoka iżjed.

F’dawn l-aħħar snin, daħlet moda speċjalment fl-irġiel, li anke fix-Xitwa jilbsu żraben jew papoċċi b’kalzetti qosra/baxxi. Hekk, is-saqajn ma jisħnux sew għaliex ikollok partijiet minnhom esposti għall-elementi.

Tant huwa minnu dan kollu, li b’saqajk kesħin, ma torqodx tajjeb. Saħħanhom ħi ħa tistrieħ!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com