Jekk ix-xorb ma jgħoddx għalik, taqrahx dan l-artiklu!

 Jekk ix-xorb ma jgħoddx għalik, taqrahx dan l-artiklu!

Ix-xorb qatt m’għandek tħalltu … nisimgħuha u fl-istess ħin xorta nagħmluha, għalkemm nafu wkoll li hemm xorb li jitħallat awtomatikament; jiġifieri li huwa fin-norma tiegħu li tħalltu.

Dawn huma eżempji ta’ xorb li ma tistax tħallat jekk trid tkun sew:

 

  1. L-inbid u l-bira: Din it-taħlita hija perikoluża. Flimkien joħolqulek uġiegħ ta’ ras u taqliegħ fl-istonku. Attenti għaliha.
  2. Whisky u vodka: Il-Whisky nafu lkoll li huwa xarba qawwija u b’saħħitha. Ħafna jagħżlu li jħalltuh mal-vodka jew tequila. Dawn flimkien, il-kelma eżatta hija; isammruk.
  3. Energy drinks u liquors: Jingħad li l-energy drink imħallat ma’ xorb alkoħoliku huwa l-agħar ħaġa li tista’ tagħmel għaliex ma jmorrux flimkien u l-effetti tagħhom huma kontrastanti.
  4. Birra u vodka: flimkien jiħolqulek splużjoni t’uġiegħ ta’ ras. Agħżel jew wieħed jew l-ieħor, imma le flimkien.
  5. Inbid u vodka: flimkien se jtuk hangover papali, iżjed u iżjed jekk l-inbid se tagħżlu aħmar. Dan se jixroblok kull qatra ilma ġo ġisemk u jirritalek l-istonku. Se jħallik bla saħħa u dehydrated. Se ddum ma tiġi f’tiegħek l-għada.

Ovvjament hemm xorb li jitħallat imma l-kumbinazzjoni, inħolqot b’attenzjoni. Ix-xorb bħat-tisjir; fih anke studju u arti ta’ kif tixorbu. Hemm min jgħidlek ‘mhux kollu likwidu’; veru, imma mhux kull likwidu tajjeb, le?

Importanti wkoll li noqogħdu attenti li jekk se nixorbu ma nsuqux. Importanti iżjed minn hekk, li jekk għandek xi problemi ta’ saħħa, ma tixorbx. Kif jgħid il-Malti: “Aħjar uff, milli aħħ”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com