Hi5 kien il-preludju tal-facebook

 Hi5 kien il-preludju tal-facebook

U ajma kemm tiskruplaw … tridu pinzetti u tissues? … ħadd qatt m’għabba. Dan il-vers għalikom li dlonk tiktbulna x’artiklu hu dan u li m’għandniex x’niktbu.

Għandna u fil-fatt, dawn huma ħsibijiet li jitilgħu lil kulħadd. Bħal speċi, ninsew li aħna lkoll umani imma dak għax laħaq xi ħaġa, irid jgħatti l-mumenti umani tiegħu għax issa laħaq, u l-oħra għax ħadet promotion, ma tridx titkellem fuq is-suġġett għax issa ma jixraqx! Ftakaru, umani kontu u hekk se tibqgħu.

Il-Hi 5 kien il-bidu tal-midja soċjali tista’ tgħid. Maż-żmien beda jbiddel il-popolarità tiegħu fejn tant naqset, li spiċċa daħal fix-xena tal-video games.

Stħarriġ juri li sal-2010, fuq Hi5 kien għad hemm madwar 10 miljun active user. Xorta għadu hemm ta!

Lura fil-passat, dan kien il-preludju tal-facebook tant li l-kbar, kienu jissuġerixxu lil xulxin jużaw fb għax ma kienx hemm tfalijiet fih. Dan juri li l-Hi5 kien infetaħ għal kulħadd … kif xorta ġara lil Facebook maż-żmien avolja żdiedu ċerti prirekwiżiti bħal ngħidu aħna, li jkollok l-età ta’ 18-il sena.

Hi5 kellu l-iskop li joħloq ħbieb ġodda, flirting u anke biex tgħabbi … avolja tiskruplaw, fittxu u taraw li dak kien l-iskop tiegħu.!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com