Int qatt kilt minn imnieħrek? Ammetti ejja

 Int qatt kilt minn imnieħrek? Ammetti ejja

It-toqob ta’ mnifsejna ġibniehom kbar biex jidħol subgħajna. Dik hija n-natura. Tiġri ħafna fit-tfulija u tibqa’ sseħħ sa ma nikbru.

Aktarx li fl-istint tat-tfal, jagħmlu hekk b’kurżità. Jekk forsi ssaqsu hux ħażin; le ma hemm xejn ħażin fih fir-rigward tas-saħħa. Li jista’ jiġri hu, li tisloħ l-imnifsejn u joħroġlok id-demm.

Ovvjament hija moqżieża imma tiġri u ssir, tista’ kważi tgħid minn kulħadd. Anke jekk hawn min qed jikteb ‘dan x’artiklu hu?!’ fil-kummenti, aktarx li għamel jew għamlet hekk ukoll. Abbli, għadhom jagħmlu hekk sal-lum u hekk se jibqgħu jagħmlu.

M’Aħnhiex ngħidu li trid tagħmilha bilfors imma dawn huwa stint. Pjuttost huwa interessanti l-fatt, li jekk il-bniedem sar iżjed iġeniku u nadif maż-żmien, ma jiddejjaqx jiekol minn imnieħru. Kif ma jitqażżiżx? Nerġgħu nispjegaw; dik hija n-natura u l-istint.

Din l-azzjoni tissejjaħ ‘mucophagy’.

  1. Inti però tista’ tieqaf tiekol minn imnieħrek billi qabel xejn, tiftakar li hemm min qed jarak. Għalkemm issir ħafna, xorta hija jaqq din.
  2. Żomm tissues viċin tiegħek ħalli tkun komdu tużaħhom meta jkollok bżonn.
  3. Jekk tagħmel hekk minħabba stress, prova li kif tkun se terġa’ tnaqqar minn imnieħrek, agħmel eżerċizzju bin-nifsijiet ‘ il barra u ‘il ġewwa.

Pruvawha u araw kif tmorru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com