Nuċċali jew laser?

 Nuċċali jew laser?

Kważi saret norma li jitneħħa n-nuċċali u dak li jkun jagħmel il-laser. Narawha tiġri spiss anke f’nies li jilħqu f’xi pożizzjoni u allura, ineħħu n-nuċċali bħal donnu jkunu jridu jidhru aħjar. Imma li jkollok nuċċali mhux diżunur. La huwa bżonn, trid tagħmlu. Hemm min jarah ukoll bħala moda tant li ssib min m’għandux bżonnu u jagħmlu biex iħossu kinky u cool.

Imma għaliex il-laser huwa forsi komdu? Bla dubju, tneħħi l-fatt li trid tilbes nuċċali u tneħħieh biex tinħasel, torqod u anke toqgħod attent li ma tolqtux. Hemm ukoll il-fatt li mas-snin, tkun trid tibdlu u tibdel il-lenti; iżżid jew tnaqqas skont il-ħtieġa. Dan jiswiek flus ukoll.

Il-laser mill-banda l-oħra, iservi għal iżjed snin mentri mhux bilfors għal dejjem. Forsi tonfoq spiża darba (ħa ngħidu hekk) u tnaqqas l-iskariġġ tan-nuċċali. Tħossok iżjed kunfidenti u żżid il-vista b’mod aktar b’saħħtu milli jżdilek in-nuċċali.

X’tippreferu intom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com