Naspiraw ħafna għat-tfal tagħna jew inħalluhom liberi?

 Naspiraw ħafna għat-tfal tagħna jew inħalluhom liberi?

Kemm inħalluhom jgħixu lit-tfal tagħna? Kemm naraw kbir u minn ċkunithom nibdew forsi nippruvaw indaħħlulhom f’moħħhom xi jridu jsiru jew jilħqu?

Tgħid forsi dak li ma nkunux għamilna aħna jew ilħaqna aħna, nippruvaw nitfgħuh bi pressjoni fuq uliedna?

Dawn huma ħsibijiet li spiss iqumu meta naraw lit-tfal jiġġennu minn post għall-ieħor wara ġurnata skola; futbol, ballet, privatijiet, pools, klassijiet tal-arti u elf ħaġa oħra. Huwa sabiħ u tajjeb li lit-tfal tagħna noffrulhom ingaġġamenti barra l-kurrikulu li huma obbligatorju, u huma wkoll importanti, imma hemm limitu.

Ma huwhiex tajjeb li minn ċkunithom, it-tfal jidraw li fil-ħajja trid tkun bħal ferrovija dejjem għaddejja bi ftit stops imbagħad nippretendu li iżjed ma jgħaddi ż-żmien, mhux se nżidu l-insistenza ta’ kemm is-saħħa mentali hija importanti.

Kultant iżżejjed huwa bħan-nieqes. Irridu nitgħallmu nsibu l-bilanċ. Dak li mhux tajjeb għall-kbar anqas hu tajjeb għaż-żgħar.

Ejjew ma ninfluwenzawx ruħna għax it-tfal ta’ dik jagħmlu hekk u jmorru hemm u ntuhom timbri ‘kemm huma bravi’ għaliex billi tiegħek forsi jagħmlu affarijiet inqas jew affarijiet differenti, ma jfisser qatt li m’humhiex bravi wkoll.

Aħsbu qabel taġixxu ħbieb. Ejjew ngħixu mhux neżistu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com