Għadkom tagħtu tips fir-ristoranti?

 Għadkom tagħtu tips fir-ristoranti?

Hija drawwa li ssir f’ħafna pajjiżi. Forsi f’Malta, issib faxxa ta’ nies b’iżjed stress li jqisu kemm suppost tagħi bir-raġunar li suppost tagħti 10% tal-kont. “U mhux hekk!” jgħidulek oħrajn.

Mitt bniedem, mitt fehma.

Ir-raġunar jinqasam f’bosta opinjonijiet. Hemm min jgħidlek li dak xogħolhom qed jagħmlu u lili ħadd ma jtini tips talli nagħmel xogħoli.

Hemm oħrajn li jgħidulek ‘imsieken ma ħaqqhomx? Min jaf kif jaqilgħu saqajhom!’

Hemm ukoll dawk li jagħtu ċuċata u allura l-argument ikun li aħjar ma tajt xejn mill-ewwel għax qisek qed tgħaddi ż-żmien bih. Imma mhux flus jew? Huma kemm huma!

Għal darb’oħra, diment li tħallas il-kont, inti dmirek qdejtu. X’tagħti żejjed, ħadd mhu sidek diment li ma jkunx inkluż diġà fil-kont, stil Taljan – tavola coperta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com