Tagħmlulu l-qrun min ifaħħarkom u jistagħġeb bik?

 Tagħmlulu l-qrun min ifaħħarkom u jistagħġeb bik?

Il-ġest f’forma ta’ qrun bl-id għandha varjetà ta’ tifsiriet u użu f’kulturi differenti.

Hemm min jużah għall-fortuna u hemm min jużaw kontra min jisħet. Jekk nemmnu li s-saħta teżisti. Intom temmnu fis-saħta? U li persuna tista’ tisħtek jekk tfaħħrek u tistagħġeb b’dak li int kapaċi tagħmel?

L-opinjonijiet ivarjaw. Issib nies li jgħidulek li jekk temmen f’Alla, m’għandekx bżonn qrejjen għaliex Alla jirbaħ fuq kollox u fuq kulħadd. Imma hemm min huwa reliġjuż u xorta jibża’ mis-saħta.

Il-knisja wkoll tuża l-għajn bħala simbolu għal diversi aspetti. F’kuntest reliġjuż tfisser id-divinità kif ukoll simbolu tal-providenza t’Alla.

“Alla jbierek kif tlaħħaq” – Tweġiba ġol-qalb tkun: “Għajnejk f’s****” Tafuha żgur! Filwaqt li waqt illi tgħid hekk ġo qalbek, tagħmel is-sinjal tal-qrun b’idejk fil-but.

Il-qrun jintuża wkoll f’simboliżmu tar-rock, infern jew żminijiet tajba. Ivarjaw skont il-mument tas-sitwazzjoni li tkun fiha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com