Proġett Pjazza tal-Mosta – X’jaħsbu issa n-nies?
U l-proġett massiv tal-pjazza Mostija jidher li baqgħalu biss l-aħħar irtokki. Il-proġett tal-pjazza tal-Mosta kien wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali li seħħew fi pjazez lokali fejn ingħatat attenzjoni għal dak li għandu jkun mogħti lura lill-pubbliku; art pedonali.
Kontroversi ma naqsux fosthom meta kienu se jinqalgħu s-siġar ta’ maġenb il-parkeġġ biswit ir-Rotuna. Id-dewmien kien ukoll strumentali biex il-pubbliku garr mhux ftit.
Imma issa li lest, x’jasħbu n-nies? Xorta waħda jgergru għaliex hemm diversifikazzjonijiet differenti minn kif kienu mdorrijin bihom qabel?
Dan x’juri? Forsi li l-poplu qatt mhu kuntent u li tagħmel x’tagħmel taqlagħaha? Mhux qed ngħidu li raġun ma kellhom qatt ir-residenti … hemm bilanċ fl-argument. Irridu nifhmu wkoll li d-dewmien jiġi wkoll minn xogħlijiet li jinqalgħu li ma tkunx taf bihom qabel ma taqla’ … mill-banda l-oħra, jidher li hawn nuqqas ta’ riżorsi għaliex l-istess kuntrattur li jkun qed jagħmel xogħol f’post f’Malta, ikun qed jagħmel xogħol f’post ieħor allura jinqasam bejn ħafna truf u jdewwem it-tlestija ta’ proġett kwalunkwe.
Imma issa r-riżultat huwa finali u bellezza.
Taqblu intom jew għandkom opinjoni differenti?