Tħobb tbiddel fid-dar jew tixtri darba u jsiru antikità?

 Tħobb tbiddel fid-dar jew tixtri darba u jsiru antikità?

Hawn min jinvesti f’għamara jew xi dekorazzjoni fid-dar u li tkun bi ħsieb li tibqa’ hemm għal dejjem. Hemm oħrajn li jonfqu inqas u li jbiddlu mal-moda taż-żmien. Hemm min anke jonfoq ħafna u xorta jbiddel maż-żmien. Issib minn kollox. Il-Malti jħobbha d-dar.

Faxxa ta’ nies ikunu attenti għal x’ħa joħroġ ġdid biex ikunu minn tal-ewwel li jakkwistawh u jżejnu darhom bih. L-influwenza taħdem ħafna llum speċjalment mill-infulencers fuq il-midja soċjali bħal instagram.

Il-ħwienet sbieħ li jġibu dekorazzjonijiet għad-dar żdiedu wkoll. Sinjal li n-nies iriduhom. U wara kollox, mhux għalhekk naħdmu? Biex ingawdu darna b’dak li narmaw fiha? Opinjonijiet.

Minħabba li ħafna nies saru jikru wkoll, issib dawk li jgħidulek li ma jagħtux kas għaliex l-importanti li għandhom il-bażiku biex jinqdew il-bqija, mhux importanti.

Imma int kemm tagħti kas kif tarma darek? Kemm tqatta’ ħin u enerġija biex iżżejjinha?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com