Tiktok – lesti ruħek ħa tara kollox

 Tiktok – lesti ruħek ħa tara kollox

Fuq tiktok naraw kollox. Żfin, nies jimitaw xi att popolari, ċajt u anke dak goff u mbagħad issib ukoll min imur fl-estrem.

TikTok hija pjattaforma tal-midja soċjali popolari li tħalli lill-utenti joħolqu, jaraw u jixxerjaw filmati ta’ 15-il sekonda miġbuda mill-mobiles tagħhom stess jew webcams. Minħabba l-qosor tal-filmat, l-effetti u l-possibbilità li filmat jiġi viral, TikTok huwa addictive u ħafna nies iqattgħu ħafna ħin fuqu.

Fiċ-Ċina, TikTok ma joperax lokalment imma jekk inti tkun qed tuża servizz internazzjonali, tista’ tużah. Però, għandhom Douyin li hija verżjoni oriġinali li ssibha biss fiċ-Ċina.

Punti interessanti:

  • Ħafna minn dawn li jużaw TikTok iqattgħu mat-52 minuta kuljum fuq din l-app
  • Jekk tuża hashtags il-viewers jistgħu jitilgħu l-iżjed sa 18.57 triljun
  • TikTok għandu mal-biljun utent attiv minn madwar id-dinja kollha
  • 61% tat-TikTokers jingħadd li jixtru mid-ditti li jaraw irriklamati
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com