“Ħa ntieh tgħajjira la narah” … imbagħad jaqgħalhom kif jarawh

 “Ħa ntieh tgħajjira la narah” … imbagħad jaqgħalhom kif jarawh

Din hija faxxa ta’ nies li f’diskussjoni bejn il-ħbieb jibdew jgħidu x’se jagħmlu malli jibgħat għalihom il-boss jew xi ħadd b’relazzjoni ma’ biċċa xogħol, forsi.

Tibda tismagħhom jagħtu l-eżempji biex juru li l-mazz se jkun f’idhom u li ħadd ma jagħmlilhom bżieq fuq imneħirhom. “lili trid tara, leeeee tgħid mhux hekk ma jgħidlix hekk lili”

Imbagħad, tiskopri li jkunu qishom baqqa malli jiltaqgħu mal-famuż persuna li jkunu rreferew għalih b’bosta aġġettivi mżewqin.

Din tirrifletti l-ego u l-istima personali ta’ dak li jkun. Jipprovaw juru li huwa sodi u importanti, mentri fil-verità, bejn il-kliem u l-fatti, ikun hemm baħar jikkumbatti. Tħallux nies hekk jinfluwenzawkom u li jġiegħelukom iħossukom ħażin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com