Kif tqum għid “Illum se tkun ġurnata tajba” u ara x’jiġri

 Kif tqum għid “Illum se tkun ġurnata tajba” u ara x’jiġri

Taħdem! Tissejjaħ Self-fulfilling propehcy. Għandha dak li jissejjaħ Pygmalion effect fejn dak li tkun qed temmen, jiġri tassew.

Bħal meta jgħidulek kun pożittiv u tattira l-pożittiv, u veru.

Tintuża ħafna mill-għalliema fejn lill-istudenti tagħhom jinkoraġġuhom b’mod pożittiv tant li jibdew jemmnu fihom nfushom u jkollhom suċċess.

Self-fulfilling prophecy tista’ taħdem bil-kontra wkoll. Jekk inti temmen li xortik ħażina, u xejn ma jiġik tajjeb, u li llum kollox ġej ħażin, għid li fl-aħħar tal-jum, x’ħin tħares lura tinduna li kellek ġurnata kerha.

Li żżomm pożittiv mhux dejjem faċli, speċjalment meta jkollok tħabbat wiċċek man-nies li dawn jitfgħu l-enerġija tagħhom fuqek. Imma trid tipprova. Isbaħ li tgħix kuntent milli dejjem bin-nervi u d-dwejjaq.

Pruvawha!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com