X’tawna tajjeb l-Għarab f’Malta?

 X’tawna tajjeb l-Għarab f’Malta?

L-istorja hija hemm u ħadd ma jista’ jħassarha. Kellna bosta ħakkiema li ħallew influwenzi fuqna u li wħud minnhom għadhom jinħassu sal-lum. Trid jew ma tridx, jgħoġbuk jew le.

Ħakkiema minnhom kienu l-Għarab. Hawn min jisħaq li aħna għarab għal diversi raġunijiet li mhux se nidħlu fihom issa.

Mela, wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, Malta spiċċat għal ftit żmien f’idejn il-Vandali u f’idejn il-Biżantini, sakemm wara għaddiet f’idejn Għarab Sqallin fl-870 WK.

Dan il-perjodu ħalla effett qawwi fuq iċ-ċiviltà tal-inħawi. L-Għarab daħħlu diversi tekniki ta’ irrigazzjoni, xi wħud minnhom għadhom jintużaw sal-lum. Ħafna nħawi ta’ Malta huma wkoll marbuta ma’ dan il-perjodu anke l-ismijiet ta’ wħud mill-irħula stess. L-Imdina, li ġiet modifikata estensivament f’dan iż-żmien, tixbah ħafna lil diversi bliet fl-Afrika ta’ Fuq, inkluż l-isem li f’dawn il-pajjiżi li qed ngħidu, tissejjaħ medina.

Għerq l-ilsien Malti hu miġbud minn dan iż-żmien: il-Malti, lingwa semitika u wara ġie influwenzat b’mod estensiv mit-Taljan u l-lingwi Rumanzi u wara l-Ingliż.

Anki jekk issa l-Malti jinkiteb fl-alfabett Latin, fil-fatt huwa l-unika lingwa Semitika li tinkiteb b’dan l-alfabett.

Ħallew ukoll bosta siġar taċ-ċitru li hija marbuta ħafna mal-kultura Għarbija.

Sabiħ li nkunu nafu sew l-istorja ta’ pajjiżna għaliex din hija art twelidna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com