“Int imlaħħaq żomm id-dekor” – Donnu xi ħadd imlaħħaq ma jistax jitfa’ ritratt bil-bikini jew malja

 “Int imlaħħaq żomm id-dekor” – Donnu xi ħadd imlaħħaq ma jistax jitfa’ ritratt bil-bikini jew malja

Tismagħha din u toħloq ideat fażulli li bniedem ta’ pożizzjoni donnu ma jistax la jiċċajta, jew jitfa’ ritratt privat ta’ ħajtu li jkun jixtieq, bħal ngħidu aħna żaqqu barra mal-baħar jew bil-bikini f’każ ta’ mara.

Minn fejn ġejja tgħid din, li għax tkun imlaħħaq int donnok xi ħadd divin? Mela mhux kulħadd jibqa’ bniedem?

Kif imbagħad nistgħu nirraġunaw li dak jew dik, li jkun/tkun, huwa bniedem bħalna meta aħna stess ma nistennewx li jkun veru bniedem f’kull aspett ta’ ħajtu?

Jew f’kollox jew f’xejn, jgħid is-sens komun. Forsi din ġejja mill-istorja fl-antik, fejn rejiet u prinċipijiet kienu jagħmlu ċerti affarijiet fil-privat. Allura din l-idea baqgħet nieżla magħna sal-lum, fejn ma nistennewx li naraw prim ministru jew politiku l-baħar …. 1. għax tgħidx kemm ngħajruh qisu ma jistax jieħu break dan, jew qisu mar il-baħar kuljum flok xogħol, u 2. minħabba dekor. X’dekor?

Id-dekor għandu jkun fuq il-ħidma, rispett, kontabbilità, mhux għax qal ċajta, tefa’ ritratt jew għex bħalna. Jew irriduhom bħalna dawn in-nies, jew fejn jaqblilna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com