Għaliex ir-Redentur tal-Isla jiġbed ħafna nies lejh?

 Għaliex ir-Redentur tal-Isla jiġbed ħafna nies lejh?

Ħafna nies żaruh, u anke jżuruh b’mod regolari. Jitolbuh jgħinhom f’mumenti ta’ saram u ħafna huma dawk li jgħidu li qalgħalhom xi grazzja. M’hemmx età jew moda; tfal mal-ġenituri, żgħażagħ u adulti kif ukoll anzjani.

Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira saret l-ewwel darba fl-1714. L-istatwa tar-Redentur għandha iżjed minn 300 sena.

Fl-1727, il-Fraternità tal-Kurċifiss assumiet ir-responsabbiltà biex tieħu ħsieb l-oratorju tal-kurċifiss u hawn ħasbu mill-ewwel, biex dan il-post ikun adattat biex fih titpoġġa l-istatwa tar-Redentur biex kulħadd iqimu.

Bosta isqfijiet kienu taw indulġenzi għal min jitlob quddiemu u anke Papa kien daħal fl-istorja fejn Papa Piju VII wkoll kien ta indulġenzi għal min jitlob quddiemu. Indulġenzi jkunu maħfriet ta’ għemilek jekk inti tindem u titlob.

Il-popolarità tiegħu tmur lura għall-pesta tal-1813 fejn il-poplu Senglean talba bil-ħerqa li jekk l-Isla tinħeles u ma jkollha qatt issofri l-pesta, jibdew isir 3 purċissjonijiet kull sena. Hekk ġara u l-ewwel purċissjoni saret fl-1814.

Maż-żmien kien hemm okkażjonijiet oħra fejn sar talb quddiem din l-istatwa tant li l-poplu beda jarah b’mirakoluż u hekk hu, għaliex bosta huma xhieda li l-grazzja tagħhom ġiet mismugħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com