Jekk int mara ta’ klassi, ma tistax tagħmel dawn li ġejjin …

 Jekk int mara ta’ klassi, ma tistax tagħmel dawn li ġejjin …

Ma tistax issejjaħ lilek innifsek mara ta’ klassi jekk inti dejjem tard. Il-ħin għal kulħadd prezzjuż u għandek tonorah jekk għandek xi appuntament. Ħadd mhu servjent ta’ ħadd.

Nisa ta’ klassi jwieġbu meta jkollhom invit b’rsvp fuqu. Għandek tavża lil dak li jkun tistax jew ma tistax tmur għall-okkażjoni li persuna tkun stednitek għalih.

Li tinvolvi ruħek fi ġlied fil-pubbliku huwa definitvament mhux ta’ klassi. Għandek tirraġuna u titkellem bil-kalma u b’rispett u r-raġuni toħroġ waħedha.

Tparla fuq dak jew dik? Xejn mhu ta’ klassi. Għalkemm il-gossip jibqa’ popolar, għandha tiġi minnek li tinduna li bħalma tgħid fuq ħaddieħor, ser jgħidu fuqek.

Tagħtix ħafna dettalji fuqek innifsek. Nisa ta’ klassi jafu fejn għandhom jaqtgħu linja. Żomm ħajtek privata.

Tixxerjax kemm alla ħalaq ritratti fuq il-midja soċjali qisu qatt ħadd ma ħareġ, kiel platt ikel tajjeb jew xtara libsa. Int aħjar minn hekk.

Bilħaqq, tgħajjatx fuq it-telefon meta tkun qed titkellem. Żomm leħnek baxx. Turix li trid issemma’ pjazza nies.

Uża l-lingwaġġ it-tajjeb. Kliem baxx ma jtikx ġieħ.

Imbagħad wara kollox, ara inti x’tixtieq!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com