Il-Kap Tal-PN Bernard F’Laqgħat Ma’ Eks Kapijiet Tal-Partit

 Il-Kap Tal-PN Bernard F’Laqgħat Ma’ Eks Kapijiet Tal-Partit

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara ta’ kortesija lill-eks Kapijiet Nazzjonalisti Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u f’komunikazzjoni diġitali mal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Matul il-laqgħa ma’ Fenech Adami, Bernard Grech qal li b’laqgħa bħal din, il-Partit Nazzjonalista jrid iħares ‘il quddiem mingħajr ma jinsa l-valuri li sawruh.

L-eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi appella lil Grech biex jara li fil-Partit tirrenja l-għaqda. Tenna li b’ħidma flimkien biss, il-Partit Nazzjonalista jista’ jsir Gvern Alternattiv u l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Grech irringrazzja lil Gonzi għax qal li kompla jimmodernizza lil pajjiżna, minkejja l-isfidi li ħabbatna wiċċna magħhom fl-aktar żminijiet ekonomiċi diffiċli tal-aħħar snin.

Il-Kap Nazzjonalista kellu wkoll komunikazzjoni online mal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Busuttil appellalu biex jara li l-ħidma fl-Unjoni Ewropea tkompli tkun ta’ fejda għall-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, Grech faħħar lil Simon Busuttil fl-isfera Ewropea u anke f’pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com