Il-ħniena, kollu kielu kejk ja ħanżir!
Qatt tiġrilkom din? Tgħidu ħa tieħdu biċċa u tbattlu l-kaxxa, jew kejk, jew ħaġa jew oħra.
Li tiekol żejjed jista’ jkun sintomu ta’ ħafna affarijiet bħal stress, addiction, dipressjoni jew sempliċi aptit fl-aħħar mill-aħħar.
Tajjeb li tkun taf li meta tiekol b’mod eċċessiv (over eating) tagħmel ħsara lilek innifsek fl-irqad, fil-piż, u anke fl-oragni tiegħek kemm fuq bażi ta’ short term u anke fit-tul.
L-istonku jikber u tħossok muġugħ. L-organi tiegħek ikollhom jaħdmu iżjed. Tgħajja iżjed. Il-metaboliżmu tgħaġġlu ħafna biex jipprova jaħraq dak li int tfajt ġo fik. Ħafna ikel żejjed imur fi ħxuna (fats), imbagħad tbati biex tneħħieh.
Attenti. Mhux biss għad-dehra imma għal saħħitna.