Raġel Ta’ 59 Sena Miet Waqt Li Kien Pożittiv Bil-Covid-19
Raġel ta’ 59 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
Ir-raġel idaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19, l-għada 2 ta’ Ottubru.
Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fl-Isptar Mater Dei, fejn miet aktar kmieni llum.
Ir-raġel kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.