Illum Jum l-Epilessija – Tafu x’inhi?

 Illum Jum l-Epilessija – Tafu x’inhi?

Kemm nifhmu l-Epilessija? U x’inhi?

Il-WHO iddedikat It-12 ta’ Frar bħala l-Jum Internazzjonali tal-Epilessija.

Huwa ferm importanti li nifhmu li din hija kundizzjoni komuni u hawn ħafna nies li jabtu minnha fis-skiet.

Hija kundizzjoni newroloġika prevalenti li taffettwa madwar 50 miljun persuna madwar id-dinja. L-epilessija hija kkaratterizzata minn tendenza ghal aċċessjonijiet rikorrenti, li jirriżultaw minn attività abnormali fil-moħħ. L-epilessija ħafna drabi ġġorr konsegwenzi soċjali u minħabba l-istigma assoċjata mal-kundizzjoni.

Persuna li tbati minn dan, ma tistax tkun preżenti fejn ikun hemm tibdil u geġwiġija ta’ dawl. Illum il-ġurnata ġieli naraw jew nisimgħu anke avviż qabel ma jidba spettaklu inkluż fuq it-televiżjoni u forsi dak li jkun isaqsi għaliex semmewh. (spiss jissemma li l-ispettaklu fih l-użu ta’ strobe light li huwa dawl qawwi abjad b’effetti qishom sajjetti)

Il-possibbiltà li tesperjenza aċċessjoni jaf tqajjem biza’. Madankollu, huwa importanti li nneħħu kunċetti żbaljati u nirrikonoxxu li l-maġġoranza tal-individwi bl-epilessija jgħixu ħajja normali.

B’appoġġ xieraq, individwi b’epilessija jistgħu jsegwu aspirazzjonijiet
personali u jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-soċjetà. Din ir-realtà tenfasizza l-importanza t’għarfien dwar l-epilessija.

Caritas Malta se torganizza forum dwar l-epilessija fit-2 ta’ Marzu. Żuru l-paġna tagħhom: Caritas Malta Epilepsy Association għal aktar tagħrif.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com