Igdmu biċċa tal-aħħar u għada sumu ja midinba
Dalwaqt itir il-ħin u mat-tokki ta’ nofs illejl naqilbu għal jum ir-randan. Inzerta ħabat ma’ San Valentinu, jiġifieri dan li ġej, jaf ikun iebes għal ħafna.
Ir-Randan jimmarka l-erbgħin jum ta’ ndiema u penitenza mill-Erbgħa tal-Irmied, magħruf bħala Ras ir-Randan, sa Sibt il-Għid, minbarra l-Ħdud.
Forsi mhux kulħadd huwa konxju li l-kelma randan ġejja mill-Għarbi ramaḍān. Madanakollu, ir-Randan Malti m’għandu x’jaqsam xejn mar-Ramadan Iżlamiku.
Apparti randan, hemm kliem ieħor mid-dinja Għarbija-Musulmana li fil-Malti tajnieh bixra Nisranija. Ngħidu aħna, għid fl-Għarbi tfisser festa, imma fil-Malti tajnieha libsa Kattolika, eż. l-Għid il-Kbir u Għid il-Ħamsin. Hekk ukoll Alla, li minn Allah tal-Iżlam, saret tirreferi għal Alla tal-Kristjaneżmu. Il-kelma Allah hu l-akbar hija wkoll ta’ tifħir lil Alla anke jekk saret simbolu mat-terroriżmu imma fil-verità, dan mhux il-każ. Anke aħna ngħidu li Alla kbir u jista’ kollox.
Bilħaqq, semmejna l-ħelu, xorta nafu nfottu aħna l-Kattoliċi ta għax biex ma noqogħdux bla ħelu, ivvintajna l-kwareżimal.