Tal-customer care f’Malta jaqduk?

 Tal-customer care f’Malta jaqduk?

Jingle u mużika tidħol f’widnejk u tistenna fuq li tistenna sakemm ikollok taqta’. Din komuni. Tifrustrak. Ma tinqedhiex. Jew inkella flok numru, ċerti kumpaniji saru joħolqu chat robotika li trid toqgħod twieġeb sakemm tipprova tiddiċifra liema problema ppreżentata taqbel ma’ dik li għandek int.

Bla dubju dan ma jidhirx tajjeb fuq il-kumpanija imma hawn kumpaniji li mingħajrhom ma tistax tmexxi, u jkollok toqgħod. Għadha teżisti l-għajta ‘the customer is always right?’ Iebsa biex titwieġeb.

Issib min jaqdik u tieħu gost li jkunu taw kas. Issib min ma jaqdikx imma xorta tapprezza li jkun prova. Imma dik li minn qajfas għal għand pilatu u e-mails kontra e-mails sakemm taqta’ qalbek u tibqa’ b’li għandek, mhi sabiħa xejn.

Fis-sistema politika lokali wkoll jeżistu s-servizzi tal-customer care fejn il-persuni ngaġġati jippruvaw jagħmlu mill-aħjar sabiex jaqdu lill-kostitwenti.

Intom qatt kellkom bżonn dawn is-servizzi? U kif mortu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com