Jirnexxielek tfaddal fid-dinja tal-lum?

 Jirnexxielek tfaddal fid-dinja tal-lum?

Iebsa biex tfaddal fid-dinja tal-lum veru. Mhux faċli la kemm taqbad u tgħid ħa tfaddal. Il-paga minima żdiedet imma l-prezzijiet tal-ħajja huma li huma.

Jekk għandek loan, iżjed u iżjed tħoss il-piż. U kif jista’ ma jkollokx loan? Qed nirreferu mhux għal dawk li jkunu jridu t-tieni jew it-tielet propjetà imma sempliċiment darhom il-waħdanija biex ikollhom investiment li jsejħulu tagħhom.

Qabel, koppja kienet tkun ħallset darha saħansitra qabel iżżewġet imma llum id-dinja hija differenti. Qabel, jerġa’ jekk ma kienx ikollok flus, qas kont toħlom li tagħmel id-dejn. Kien jitqies bħala piż qawwija u ta’ nkwiet għall-familja.

Illum nieħdu loans anke fuq karozzi u hemm min, anke fuq safra xi ftit kbira.

Imma lura għall-bażiku … jekk int tgħix b’mod ‘sempliċi’, xorta waħda ssibha diffiċli tfaddal; Ikel, dawl u ilma, xiri ta’ bżonn, manutenzjoni, petrol/diesel eċċ, eċċ.

Mhux faċli. Kif se jkunu qed jgħixu l-ġenerazzjonijiet futuri?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com