Kienu jieklu pakkett u jarmuh mit-tieqa tal-karozza …
Kien hawn żmien fejn Malta kienet tidher isbaħ b’inqas bini. Imma kien żmien ukoll li l-mentalità kienet kerha u mhux tajba bħal-lum; fejn dak li mhux tiegħek, tagħtix kasu. Qed nirreferu għall-ambjent.
Kienet drawwa komuni ħafna li eżempju persuna qed issuq karozza u tiekol pakkett, kif tlesti tiftaħ it-tieqa u tarmieh barra.
Is-sigaretti jibqgħu l-iżjed komuni li jintremew l’hinn u l’hawn speċjalment fuq il-bajjiet. Kampanji qawwijin għenu biex tinħoloq kuxjenza u llum, xi ħadd jarmi barra jidher hu l-ikrah u n-nies tal-madwar iħarsulu bl-ikrah. Hekk għandu jkun!
Imma xorta waħda għadek issib nies li jiddisponu minn dak li ma jridux, barra. Għadek issib iva min jarma pakkett, borża jew ħaġa oħra fl-art.
Agħar minn hekk, għadek tara fis-sena 2024, nies li jkunu rmew saqqu għal għonq it-triq. U dan meta kull kunsill lokali f’Malta joffri s-servizz b’xejn tal-BULKY REFUSE, fejn inti tinforma l-kunsill minn qabel li jkollok bżonn tarmi xi ħaġa, u jtuk ġurnata meta tista’ toħorġu quddiem darek u jiġbruhulek huma.
Użawh dan is-servizz l-aħwa. Tħammġux. Malta darek ukoll. Ma nkunux injoranti.