Dan ir-Randan minn dawn sum mhux mill-ħelu …. aqra
Huwa tajjeb li nsumu minn dak imsemmi b’mod tradizzjonali u skont ir-reliġjon Kattolika, imma kemm hu aħjar li nkunu veru nsara f’ħajjitna u nkunu ta’ ħniena mal-proxxmu tagħna.
Huwa tajjeb li:
- li nsumu minn kliem li jweġġa’ u ngħidu kliem sabiħ lil xulxin
- li nsumu mid-dwejjaq u nkunu grati f’ħajjitna
- li nsumu mir-rabja u nkunu iżjed paċenzjużi
- li nsumu mill-ħsibijiet u nafdaw f’Alla
- li nsumu mit-tgergir u nippruva nkunu sempliċi
- li nsumu mill-istress u nitolbu għall-paċi
- li nsumu mill-għira u nkunu ferħanin
- li nsumu mill-egoiżmu u nkunu kompassjonanti ma’ xulxin
- li nsumu mill-kliemi u ngħixu iżjed is-silenzju
Int kif se ssum din is-sena? Aħseb ġo qalbek m’aħnhiex nitolbuk tgħidilna.